top of page

REVIEWS & TESTIMONIALS

We know that letting someone into your life during your worst moments requires a good level of trust. We would like to share with you what some of the families we assisted had to say about our services. This is truly a trusted place where we can help you celebrate life and honour the memory of your dearly departed, whilst offering you emotional support and respect towards your grief. 

Ilni naf lil John Spiteri, ftit wara li sirt naf lil Miran, bintu. Nafha, għax daħlet fil-ħajja tal-ikbar ħabib tiegħi, Matthew. Qatt ma għaddieli minn moħħi li nista' nkun bżonn is-servizzi ta' John, sakemm sena ilu, prorpju bħal llum, nirċievi telefonata li ommi mietet. Dort fuq John, aktar b'rispett ta' Miran milli għax kelli xi preferenza. Imma dik l-għażla, illum ngħid li kienet waħda f'postha. Il-kariżma ta' John, d-dedikazzjoni u s-sempliċita ta' kif jkellmek waqt mumenti bħal dawk huma straordinarji. Anke għalija personali, li ftit li xejn forsi jaffettwawni. Għalkemm minn barra kollha nidhru tal-blat, mentri minn ġewwa taf inkunu ramel. Meta Miran urietni x-xewqa li tkompli fuq il-passi ta' John u li f'moħħha kellha li tieħu dan is-servizzi lejn skaluni għola, mingħajr ebda eżitazzjoni niftakar ngħidilha, "Go for it". Mingħajr infiħ żejjed naħseb li Miran tista tikkumplimenta dak li John forsi nieqes fih. Ċert li se timbarka fuq servizz li se jagħti l-opportunita' lil min juzah li minn din l-esperjenza kerha, jipprova joħroġ bl-inqas feriti possibli. Nemmen li flimkien se jkunu qed jimmarkaw paġni ġodda fis-servizzi ta' tmiem il-ħajja. Immaterjalment nemmnux jew le, ir-rispett lejn il-korp u lejn il-memorji ħa jkunu ċ-ċentru tas-servizz tagħhom. Dan kien ġa jsir. Biss issa, bid-dedikazzjoni ta' tnejn, bl-għan li s-servizz jitjieb u bl-għajn għad-dettall li se jkunu qed jiddedikaw, nemmen li l-qabziet se jkunu kbar. Intemm ngħid li l-akbar investiment ta' dawn it-tnejn huwa, li l-kelma ta' faraġ għal dawk li għandhom bżonnha mhux se tkun nieqsa. U dik il-kelma se tkun kumplimentata b'azzjoni. Ngħid dan kollu għax ġarrabt u għax nafhom.

Silvio Catania

January 2021

155, Triq Frans Sammut 

Ħaż-Żebbuġ

Malta

129, Triq il-Kbira

Mosta

Malta

© 2022 by Celebrate Life Malta

bottom of page